Agħfas hawn għal verżjoni bla flash

Aħna Min Aħna?

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal twaqqaf skond it-termini ta’ l-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal ta’ l-2003, sabiex imexxi ’l quddiem il-benesseri tat-tfal u sabiex ikun hemm osservanza tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) dwar id-Drittijiet tat-Tfal, hekk kif ratifikata minn Malta fis-26 ta’ Jannar 1990, u ta’ trattati internazzjonali oħrajn simili, hekk ukoll konvenzjonijiet u ftehim relatati mat-tfal li jafu jkunu ratifikati minn Malta jew li Malta ikollha aċċess għalihom.
 

L-użu tat-terminu ‘Kummissarju’ jindika li hemm persuna speċifika li tkun qiegħda taħdem għat-tfal, u li tkun qiegħda tħares l-aħjar interessi tagħhom. Aktar milli tirreaġixxi għall-impressjonijiet tal-kbar rigward dak li mingħalihom ikollhom bżonn it-tfal, l-Kummissarju jeħtiġilha tmexxi ’l quddiem id-drittijiet tat-tfal billi tkun infurmata direttament dwar l-esperjenzi tat-tfal, minnhom stess.

It-twaqqif ta’ entità bħal din kien pass importanti fl-għarfien tad-drittijiet tat-tfal fuq livell nazzjonali, u din tiffoka fuq il-ħarsien tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, l-għoti tas-servizzi neċessarji lit-tfal, u l-istess parteċipazzjoni tat-tfal. L-Uffiċċju jaħdem bħala punt ċentrali li minnu tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni soċjali u kulturali attwali għal dak li għandu x’jaqsam mat-tfal fil-Gżejjer Maltin, b’tali mod li jkun jista’ jagħti sehem importanti fil-koordinazzjoni li tinħtieġ sabiex ikun hemm policies li jkunu indirizzati lejn il-familji u li jiffukaw fuq it-tfal.

Attwalment l-Uffiċċju huwa kompost minn:

 

Head of Office – Full Time

Task Manager – Full Time

Policy Officer – Full Time

Project Officer – Full Time

Teacher – Full Time

Principal – Full Time

Driver/Office hand – Full time

 

Attwalment, il-Kummissarju għat-Tfal hija Helen D'Amato, li kienet appuntata Kummissarju fl-20 ta’ Mejju 2010.  

Commissioner of Children

Jekk trid tircievi informazzjoni dwar xi aħbarijiet jew ġrajjiet, jekk jogħġbok ikteb l-indirizz eletroniku u agħfas il-buttuna 'irreġistra'.