Agħfas hawn għal verżjoni bla flash

Logħba dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Lura għall-aħbarijiet

Fl-2008 il-Kummissarju għat-Tfal introduċiet logħba dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Din il-logħoba hija mmirata għall-tfal ta’ bejn it-3-5 snin u tikkonsisti fi 12 il-karta li juru karattri mdejqin meta id-drittijiet tat-tfal ma jkunux imħarsa u l-istess karattri jkunu ferħanin meta dawn id-drittijiet ikunu mħarsa. It-tfal iridu jgħaqqdu dawn il-karti. Din il-logħoba hija partikularment utli għall-għalliema u l-ġenituri bħala riżors edukattiv fil-mod kif tgħallem lit-tfal id-drittijiet tagħhom sa minn eta’ żgħira. Kull karta tinkludi dritt partikulari bil-lingwa Malija kif ukoll Ingliza.

Is-sitt drittijiet li jidhru fuq il-karti huma:

- Għandi d-dritt li nieħu gost ma sħabi. (I have a right to have fun with my friends).
- Għandi d-dritt li nitgħallem. (I have a right to learn).
- Għandi d-dritt nilgħab. (I have a right to play).
- Għandi d-dritt li jieħdu ħsiebi. (I have a right to be cared for).
- Għandi d-dritt li ngħix f’ambjent nadif. (I have a right to a clean environment).
- Għandi dritt bħal kullħadd. (I have rights like everybody else).

Dawn il-karti kienu ddisinjati minn Analiza Vella, li hija għalliema tal-primarja u li studjat ukoll l-Arti fl-Universita ta’ Malta. Stef Camilleri, li hija għalliema kienet ikkonsultata dwar aspetti tal-pedagoġija.